The Simpsons bassru l-World Cup ta’ din is-sena?

Read in English.

Is-sensiela The Simpsons bassru FaceTime, Donald Trump u issa donnu anka l-finali tal-World Cup!

Is-segwaċi  ta’ din is-sensiela qed jitħassbu hux l-awturi ta’ The Simpsons kinux kapaċi jimxu fiż-żmien.

Hekk kif qed nersqu aktar qrib lejn is-semi finali tal-World Cup, in-nies qed jibdew biex ibassru liema pajjiżi ħa jkunu qed jaslu sal-finali. The Simpsons donnhom diġà kellhom idea ċara ta’ dan meta fl-1997 ħarġu serje dwar logħba bejn il-Messiku u l-Portugal, bir-rebbieħ isir l-aħjar nazzjon fuq id-Dinja.

Ħafna mis-segwaċi ta’ din is-sensiela kkummentaw kif is-sensiela qatt ma marret żmerċ f’dak li bassret. Jekk kellhom raġun drabi oħra, hemm ċans kbir li jkollhom raġun f’din ukoll. Iżda għalissa nistgħu biss inkomplu nsegwu l-kompetizzjoni u nistennew sakemm tasal il-finali.