The Shoreline tniedi sit elettroniku ġdid

Il-proġett The Shoreline, proġett ta’ €200 miljun li se jsir fi SmartCity Malta, nieda sit elettroniku ġdid.
Dan hu sit li joffri ħarsa komprensiva lejn dan il-proġett u li joffri l-faċilità li wieħed ifittex propjetà li tkun għall-bejgħ f’dan il-proġett. F’dan il-proġett hemm madwar 450 appartament li jfawdu Status ta’ Żona Speċjalizzata.
Id-Direttur Maniġerjali ta’ The Shoreline Steve Carter saħaq li "Il-pożizzjoni ta’The Shoreline hi waħda kontemporanja. Dan hu rifless fil-websajt il-ġdida tagħna li għandha sservi ta’ vetrina li tippreżenta dan il-proġett kemm f’Malta kif ukoll internazzjonalment."
Is-sit jinkludi wkoll ħafna informazzjoni dwar Malta u l-kuntest storiku u soċjali sabiex hekkmistenni jkun ferm utli ma’ bosta barranin li diġa wrew interess kbir f’dan il-proġett fin-naħa t’isfel ta’ Malta.