The Rock l-aktar attur li daħħal flus fis-sena li għaddiet

Ritratt: Instagram

Dwayne Johnson, The Rock, hu l-aktar attur li daħħal flus, skont statistika li ħarġet mingħand Forbes, il-kumpanija li fost l-oħrajn tkejjel id-dħul tal-personalitajiet fl-ispettaklu bejn Ġunju tas-sena l-oħra u Ġunju ta’ din is-sena.

Johnson daħħal $89.4 miljun.

George Clooney, li kien fil-quċċata fis-sena ta’ qabel, issa spiċċa barra anki minn fost l-aktar 10 li għamlu flus. Dan ġara għaliex dik il-ħabta kien biegħ il-kumpanija tiegħu li tagħmel it-tequila li minnha daħħal biljun dollaru Amerikan. U minn dak iż-żmien kien nieqes mill-films.

Il-lista ta’ Forbes tinkludi kemm jaqilgħu b’kollox il-personalitajiet, bħal meta jirreklamaw prodott, u mhux biss mir-reċtar fil-films. Johnson fost l-oħrajn jagħmel ir-reklami għall-kumpanija Under Armour li tagħmel ħwejjeg għall-isport. Fl-aħħar sena l-attur deher fil-films Hobb s& Shaw, Skyscraper, Rampage u Fighting with My Family. Aktar tard din is-sena se jidher f’Jumanji: The Next Level li għalih se jitħallas $23.5 miljun.

Johnson għandu 47 sena, miżżewweġ darbtejn u qabel taha għall-films kien wrestler professjonali.

AQRA: Iżżewweġ l-attur Dwayne Johnson, magħruf bħala The Rock

Forbes mistennija joħorġu l-lista tal-aktar attriċi li għamlet flus għada l-Ġimgħa.

L-atturi li għamlu l-aktar flus

  1. Dwayne Johnson – $89.4m (£73.6m)
  2. Chris Hemsworth – $76.4m (£62.9m)
  3. Robert Downey Jr – $66m (£54.4m)
  4. Akshay Kumar – $65m (£53.5m)
  5. Jackie Chan – $58m (£47.8m)
  6. Bradley Cooper – $57m (£46.9m)
  7. Adam Sandler – $57m (£46.9m)
  8. Chris Evans – $43m (£35.4m)
  9. Paul Rudd – $41m (£33.8m)
  10. Will Smith – $35m (£28.8m)