The Post: Ġurnalisti u bloggers jarawh għall-ewwel darba f’Malta

Cover-up li nfirex ma’ erba’ Presidenti tal-Istati Uniti, ipperswada lill-ewwel mara li kienet pubblikatriċi ta’ gazzetta, u lill-editur tagħha, li jingħaqdu biex jiġġieldu battalja bejn il-midja tal-Istampa u l-Gvern ta’ Richard Nixon, li ried akkost ta’ kollox isikket il-publikazzjonijiet ta’ dawn il-leaks.
Dawk li huma magħrufa l-‘Pentagon Papers’, maħruġa minn Daniel Ellsberg kienu ppublikati għall-ewwel darba min-New York Times fl-1971, akkużaw diversi amministrazzjonijiet b’korruzzjoni, ħabi tal-verità u spjunaġġ.
Dan kien il-film li segwew ilbieraħ diversi ġurnalisti, opinjonisti u bloggers minn entitajiet tal-ġurnali, fil-Belt Valletta waqt screening apposta għalihom.
Dan sar fuq stedina ta’ Jes Saliba f’isem il-kumpanija Corporate Identities, li ċċelebrat l-10 snin mill-ħidma tagħha fil-qasam tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u l-komunikazzjoni permezz tal-midja.

Segwi t-trailer hawn taħt:

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=nrXlY6gzTTM]