The Palace Hotel u l-Victoria Hotel jaħmu figolli għat-tfal f’Mater Dei

L-istaff ta’ The Palace Hotel flimkien mal-Victoria Hotel ħadu ħsieb li jippreparaw għadd ta’ figolli sabiex jitqassmu fl-iswali tat-tfal f’Mater Dei. Il-ħaddiema għamlu dawn il-figolli fil-ħin liberu tagħhom, sabiex iferrħu lil dawk li f’dawn iż-żminijiet ta’ festa jinsabu rikoverati l-isptar.
Fi stqarrija, l-AX Hotels qalet li t-tfal apprezzaw ferm dan il-ġest, u l-ferħ fuq wiċċhom kien evidenti, hekk kif ir-rappreżentanti tal-lukandi qassmu dawn il-figolli fis-swali Fairyland, Disneyland, Rainbow u Wonderland.
Barra minn hekk, inġabret ukoll somma li ngħatat lil Puttinu Cares sabiex tkompli r-riċerka fuq il-kanċer fit-tfal.
Jgħidu li meta taħmi l-ħlewwiet, tkun qed turi mħabba!