The Lion King se jkompli

Walt Disney Studios ħabbru li bdew jaħdmu fuq film li jkompli ma’ The Lion King. Il-film se jġib l-isem ta’ Circle of Life.

Il-film oriġinali The Lion King kien ħareġ fl-1994. Is-sena l-oħra kienet ħarġet verżjoni oħra tal-istess film  b’bosta ismijiet popolari. Fost dawn kien hemm Beyoncé, James Earl Jones, John Oliver, Donald Glover, Amy Sedaris u Chance the Rapper, b’mużika oriġinali ta Pharrell Williams u Hans Zimmer. 

Barry Jenkins, ta’ 40 sena, tqabbad biex jikteb l-istorja. Jenkins hu rebbieħ Oscars meta dderieġa l-film Moonlight fl-2016 u kiteb anki l-iskript għalih.

Il-film il-ġdid, li għadu mhux magħruf meta se joħroġ għall-wiri,  se juża l-istess direttur ta’ The Jungle Book, Jon Favreau.