The Guardian u Google se jagħtu €500,000 lil Charlie Hebdo

Id-direttur tal-gazzetta Ingliża The Guardian ħabbar fuq Twitter li l-grupp editorjali ddeċieda li se jagħti £100,000 (kważi €128,000) lil Charlie Hebdo, ir-rivista satirika Franċiza fil-mira tal-attakk terroristiku f’Pariġi.
Alan Rusbridge, id-direttur tal-gazzetta qal li The Guardian se tagħti s-somma ta’ flus biex ir-rivista ma tagħlaqx u tibqa’ ssemma leħinha.
Semma wkoll li wisq probabbli, Google se tagħti donazzjoni ta’ madwar £300,000 (kważi €380,000).
Bil-flus ta' Teh Guardian u Google, ir-rivista se tkun irċiviet mal-€508,000 f'donazzjonijiet.