The Grassy Hopper jagħlaq sentejn

The Grassy Hopper, għadu kemm iċċelebra t-tieni anniversarju mill-bidu tiegħu.
Il-kumpanija  tal-ikel li hu tajjeb għas-saħħa, iċċelebrat dan bi stil partikolari matul il-jum tas-Sibt li għadda. Kull min mar jixtri xi ħaġa tal-ikel, kellu l-opportunità jieħu dak li ordna bħala rigal jew saħansitra jgħaddi r-rigal lil ħaddieħor.
The Grassy Hopper, joffri menu b’għażla vasta ta’ ikel veġitarjan u xorb li jinkludi għasir tal-frott jew te u kafe organiku.
L-attività saret fil-ħanut ta’ triq San Ġorġ fil-Gżira.