The General Soft Drinks Co.Ltd u GSD Marketing Ltd b’kap ġdid

Brian Galea hu l-General Manager ġdid ta’ The General Soft Drinks Co.Ltd (GSD) u GSD Marketing Ltd (GSDM).
GSD hi l-kumpanija awtorizzata li tipproduċi l-prodotti ta’ The Coca-Cola Company (TCCC) f’Malta, waqt li GSDM hi d-distributur tal-prodotti tat-TCCC li jinkludu Nestea, Cappy Juices u Powerade.
GSDM, f'isem kumpaniji oħrajn rinomati, timporta, tbigħ u tqassam prodotti oħrajn tal-marka Llanllyr Water, Monster, Stella Artois, Bavaria, Berlin Beer, Lowenbrau, Heineken fil-kegs, Caffè Mauro u Evian.
Il-ħatra ta’ Galea hi riżultat ta' tibdil fl-istruttura tal-maniġment tal-organizzazzjoni tal-GSD Companies, li kollha jirrispondu liċ-Chief Operating Officer, Maria Micallef, li hija COO ukoll tal-Arkadia Marketing Ltd u The Waterfront Hotel.
Ħatriet oħra ġodda fil-GSD Companies jinkludu dawk ta’ Donald Camilleri, li fil-preżent hu Manufacturing Engineer u issa nħatar bħala Technical Manager, u Stephen Bonnici li se jkun qed jokkupa l-kariga ta’ Human Resources Manager, responsabbli wkoll mill-Affarijiet Pubbliċi u l-Komunikazzjoni tal-kumpanija.