The Europe Experience: Għodda għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Fil-Parlament Ewropew fi Brussell ġiet ippreżentata l-websajt ‘The Europe Experience’, li għandha l-għan li sservi bħala pjattaforma interattiva, li tipprovdi għodod lill-Insara madwar l-Ewropa, biex ikunu ċittadini attivi fid-dibattiti Ewropej.
Il-websajt se tkun tinkludi sezzjonijiet b’informazzjoni fejn wieħed ikun jista’ jitgħallem iktar dwar l-Unjoni Ewropea; materjal biex wieħed jifhem u jitgħallem aktar dwar it-tagħlim soċjali tal-Knisja dwar issues Ewropej; u dibattitu interattiv fejn wieħed jista’ jressaq proposti effettivi.
Din hija l-Inizjattiva Nisranija għall-Ewropa għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru fi 28 stat membru bejn it-22 u l-25 ta’ Mejju li ġej.
Il-websajt se tkun disponibbli f’diversi lingwi, fosthom l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.