The Daphne Project jirbaħ premju Ewropew

The Daphne Project, li huwa proġett li jaqa’ taħt Forbidden Stories rebaħ premju Ewropew il-Ħamis. Forbidden Stories huwa proġett ta’ Reporters Without Borders (RSF) u Freedom Voices Network li jissielet sabiex joffri sigurtà għall-informazzjoni li jkunu ġabru ġurnalisti li jkunu ġew arrestati jew maqtula sabiex xogħolhom jitkompla.

Il-proġett rebaħ dak li huwa msejjaħ bħala l-European Press Prize li jfaħħar ġurnaliżmu Ewropew tal-ogħla klassi.

Forbidden Stories ġabret il-premju ma’ għadd ta’ ġurnalisti oħrajn li ħadmu fuq The Daphne Project. Il-ġurnalisti ġejjin minn 18-il aġenzija tal-aħbarijiet differenti, b’dik lokali tkun it-Times of Malta.

Total ta’ 45 ġurnalist ingħaqdu sabiex jaħdmu fuq l-istejjer ta’ Daphne Caruana Galizia wara li din inqatlet permezz ta’ karozza bomba fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.