The Daphne Project: “Jidher li hemm sors wieħed biss” – Scicluna

Il-Ministru Edward Scicluna qal li l-istejjer tal-Forbidden Stories qed jidru li ħirġin minn sors wieħed
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Minsitru Scicluna ntalab jikkummenta dwar l-artikli li ġew ippubblikat fil-midja internazzjonali min-netwerk tal-ġurnalisti Forbidden Stories u qal li “l-importanti li jidher li qed titieħed azzjoni”.
Il-Ministru Scicluna qal li l-artikli, għalkemm huma pubblikati minn għadd ta’ ġurnalisti differenti, xorta waħda joriġinaw minn sors wieħed.
Qal li jista’ jaqsam l-istejjer kollha li ħarġu fi tlieta, dawk li skont il-Ministru huma bilanċjati, dawk li taw verżjoni waħda u oħrajn li taw verżjoni waħda u żiedu affarijiet falzi dwar Malta.
Il-Ministru qal li għalih, “sakemm l-investigazzjonijiet qiegħdin jiġu investigati minn xi Maġistrat jew ieħor, dawn huma affarijiet normali”.
Il-Ministru qal li kwistjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji ta’ Malta jkunu normali meta l-ġurisdizzjoni tkun qed tagħmel suċċess.
Il-Ministru Edward Scicluna kien qed jindirizza konferenza tal-aħabarijiet dwar il-finanzi tal-Gvern wara l-pubblikazzjoni taċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Il-Kummissarju ġejja Malta minħabba pressjoni tal-Parlament Ewropew
Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Kummissjarju Ewropew Věra Jourová ġejja Malta wara pressjoni minn grupp ta’ Parlamentari Ewropej li magħhom hemm it-tliet MPE Nazzjonalisti.
Il-Ministru Scicluna qal dan meta mistoqsi minn Newsbook.com.mt waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ppreżenta l-figuri ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar il-finanzi tal-Gvern.
Qal li huwa ġie nfurmat li l-Kummissarju Ewropew Jourová ddeċidiet li tiġi Malta
Saħaq li huwa fl-interess ta’ Malta li jkollna “oversight” minn xi ħadd indipendenti u kien hawnhekk li semma numru ta’ inizjattivi li ttieħdu mill-Gvern biex l-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu msaħħa.
Il-Ministru għalaq il-konferenza billi qal li r-reputazzjoni ta’ Malta qiegħda fin-nofs u se jkunu l-Maltin li jitilfu minnha.