The Daphne Project: Finalist għal premju internazzjonali

Daphne Project finalist premju

The Daphne Project huwa finalist għal wieħed mill-premji tal-Online Journalism Awards tal-2018.

The Daphne Project huwa proġett li qed jaħdem fuqu konsorzju internazzjonali ta’ 45 ġurnalist minn 18-il organizzazzjoni tal-midja fosthom it-Times of Malta, li għandhom il-missjoni li jkomplu x-xogħol li bdiet il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.

Il-finalisti għall-premji tħabbru mill-Assoċjazzjoni tal-Aħbarijet Onlajn. Jinkludu midja lokali, internazzjonali, u anke organizzazzjonijiet pubbliċi. Tlettax mill-premji huma marbutin ma’ premju ta’ $58,500.

L-organizzazzjoni Forbidden Stories għaqdet lil diversi kmamar tal-aħbarijiet biex ikomplu fuq ix-xogħol li bdiet Caruana Galizia. Dawn jinkludu The New York Times, The Guardian, Reuters, Le Monde, Die Zeit, the Süddeutsche Zeitung, OCCRP, France 2, Radio France, The Times of Malta, IRPI, La Repubblica, NDR, WDR, Tages-Anzeiger, Direkt36, u Radio NZ.

Hemm żewġ proġetti oħra li qed jikkompetu ma’ The Daphne Project għal The Al Neuharth Innovation in Investigative Journalism Award (Small Newsroom). Dawn huma Digging into the Mining Arc, InfoAmazonia and Correo del Caroní u A Broken System, Injustice Watch.