​The Daphne Project b’akkużi ġodda ta’ koruzzjoni; il-PM bi tweet dwar il-kannabis

Filwaqt li l-midja internazzjonali b’mod partikolari dawk parti minn The Daphne Project qed toħroġ akkużi ġodda ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ uffiċjali għolja tal-Gvern, il-Prim Ministru Joseph Muscat għamel tweet dwar il-kannabis.
Għall-ħabta tas-7.30pm, Joseph Muscat, li bħalissa jinsab Londra għal-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvernijiet tal-pajjiżi tal-Commonwealth (CHOGM), qal li kien kuntent li ltaqa’ mal-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau. Stqarr li hemm ħafna għad-diskussjoni fuq l-aġenda progressiva, mill-ugwaljanza għall-kannabis mediċinali.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Fl-istess ħin numru ta’ gazzetti madwar id-dinja komplew joħorġu stejjer li bdiet il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.
L-istorja ewlenija tal-lum hija dwar il-kumpanija 17 Black. It-Times of Malta li hija parti minn The Daphne Project żvelat li total ta’ €1.3 miljun ġew trasferiti lill-kumpanija f’Dubaj, imniżżla bħala waħda mill-klijenti li jgħaddu l-flus lill-kumpaniji fil-Panama taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi.
Fl-istess waqt fil-Parlament kien hemm dibattitu mqanqal wara li ġiet aċċettata l-mozzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex il-Parlament jiddiskuti b’urġenza l-allegazzjonijiet dwar il-Ministru Chris Cardona li ħarġu lbieraħ minn The Daphne Project. Id-dibattitu kien mifrux fuq stejjer oħra fosthom li ħarġet illum.
Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-kamra kellhom reazzjonijiet differenti:

https://platform.twitter.com/widgets.js

https://platform.twitter.com/widgets.js

Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Kurt Farrugia qal fi tweet li llejla fil-Parlament infaqgħet bużżieqa oħra. Ikkwota lil Adrian Delia jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li jiffrekwenta l-bar li jiffrekwenta Cardona, u għaldaqstant ta’ min jiġi investigat.