The Concept Stadium jingħaqdu mal-WEEE Forum u l-WEEE Malta

Il-WEEE Forum u l-WEEE Malta ngħaqdu ma’ Concept Stadium biex organizzaw il-ħames forum internazzjonali f’Malta.
Il-WEEE Forum tiġbor flimkien 30 skema minn madwar l-Ewropa kollha filwaqt li WEEE Malta hi skema ta’ riċiklaġġ li rebħet il-premju għall-Aħjar Prattika ta’ Riċiklaġġ 2017 imniedi mill-WasteServ.
Il-Forum kien indirizzat mill-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Karmenu Vella, li kien Malta għal-laqgħa tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent. Matulu kienu diskussi l-aħjar prattiċi fl-immaniġġjar tal-iskart riċiklabbli u ddiskuta wkoll jekk l-Ewropa saritx soċjetà riċiklabbli.
Il-Concept Stadium assista fl-organizzazzjoni tal-Forum fid-disinn u l-istampar tal-programm, diversi brochures edukattivi, memorabilja, stediniet, disinn ta’ backdrops u l-marketing tal-avveniment.