The Concept Stadium iżżid ir-riżorsi tal-midja soċjali u design studio

The Concept Stadium, kumpanija boutique lokali tal-marketing u l-konsulenza, għadha kemm żiedet żewġ persuni mat-tim tal-midja soċjali u d-design studio – Colleen Azzopardi u Ramona Cauchi.
Minbarra li tieħu ħsieb il-ħtiġijiet tal-marketing diġitali ta’ numru ta’ klijenti, Colleen hija responsabbli wkoll mill-komunikazzjoni kollha ta’ the Concept Stadium, filwaqt li ssaħħaħ it-think-tank kreattiv tal-kumpanija. Bħalissa tinsab fl-aħħar sena fl-istudju għal Degree fil-Kommunikazzjoni (Hons) fl-Università ta’ Malta. 
B’aktar minn 9 snin esperjenza fid-disinn, fejn kienet taħdem ma’ waħda mill-aġenziji ewlenin f’Malta, Ramona iġġib magħha esperjenza vasta. Hi tispeċjalizza fid-disinn ta’ ditti u kampanji tal-marketing u r-riklamar. Personalment, Ramona hi bniedma determinata li dejjem tagħti l-aqwa li tista’.
Biex jilqgħu lil Colleen u lil Ramona mat-tim, Jonathan Dalli u Jonathan Chetcuti, Fundaturi u Diretturi ta’ the Concept Stadium ikkumentaw: “Entużjasti ħafna li Colleen u Ramona ingħaqdu mat-tim mhux biss għax qed inżidu l-kapaċità tat-tim fil-marketing diġitali u tal-istudio permezz tal-kreattività u għarfien iżda wkoll minħabba il-valur miżjud li nistgħu noffru lill-klijenti tagħna. Minn mindu waqqafna l-kumpanija, dejjem ħdimna biex noħolqu tim li hu Commercial Creative mhux biss biex nibqgħu relevanti għall-klijenti iżda biex nżidu valur mal-inizjattivi tal-marketing tagħhom.”