The Chainsmokers għall-ewwel darba fl-Isle of MTV 2017

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħabbret li l-grupp mużikali The Chainsmokers se jipparteċipaw fl-edizzjoni ta' din is-sena tal-Isle of MTV.
L-MTA qalet li l-grupp b’suċċess globali fl-industrija tal-mużika se jkanta għall-ewwel darba f’dan il-festival lejn l-aħħar tas-serata nhar is-27 ta’ Ġunju. 
Aktar kmieni din is-sena l-MTA ħabbret li l-kuntratt bejn l-MTA u l-MTV ġie mġedded mill-ġdid sas-sena 2020.