The Boo Factor: Min se jieħu post l-assistenta ta’ Maleficient?

Ritratt: Christopher Briffa

Spettaklu ta’ 45 minuta għall-familja kollha ġewwa l-Wine Estates f’Montecristo Estates f’Ħal Farruġ nhar l-1 u t-2 ta’ Novembru bis-sehem ta’ Patrick Tanti, Shelby Aquilina, Francesca Scerri, Chris Degiorgio, Rambert Attard u Marco Calleja Vassallo.

Iżda minbarra din il-produzzjoni li tibda fis-7pm se jkun hemm aktar attivitajiet ta’ logħob u divertiment.

Forsi tistaqsu x’se jiġri eżatt?

Fiona, l-assistenta ta’ Maleficient inqabdet fit-traffiku u marret tard għax-xogħol. Maleficient ma tridx taf u tkeċċiha.

Imma issa għandha problema waħda, dik li għandha bżonn ta’ assistenta ġdida għaliha u għar-Reġina l-Kattiva joħorġu l-applikazzjonijiet u dawk li huma interessati ikollhom jagħmlu audition fil-Boo Factor!

Jidher li ħadd ma hu interessat u fl-istorja jidħlu fin-nofs tlett persuni li lanqas biss jafu kif spiċċaw fl-istorja?

Għal aktar dettalji idħlu fis-sit ticketline.com.mt