Tħassib wara li Robert Mugabe kien ikkonfermat President taż-Zimbabwe

Kemm l-Istati Uniti kif ukoll ir-Renju Unit urew it-tħassib tagħhom wara r-riżultati uffiċċjali tal-elezzjonijiet fiż-Zimbabwe li kkonfermaw lill-President Robert Mugabe għas-seba’ terminu tiegħu u dan minkejja l-għajdut ta’ frodi u xiri ta’ voti.

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry sostna li r-riżultati ma jirrappreżentawx ir-rieda tal-poplu. Dan filwaqt li l-Afrika t’Isfel ferħet lil Robert Mugabe ta’ 89 sena għar-rebħa b’61% tal-voti kontra l-Prim Ministru Morgan Tsvangirai li ġab 34% tal-voti.

Tsvangirai li saħaq li se jkun qed jieħu azzjoni legali sostna li l-partit tiegħu mhux se jkun qed jaħdem mal-partit Zanu-PF ta’ Mugabe wara li ilhom f’koalizzjoni sa mill-2009 wara li fl-aħħar elezzjoni kien hemm diversi vjolenza fil-pajjiż.