Tħassib li aktarx feġġ virus ġdid fiċ-Ċina

Vaccines are placed on a tray inside the Taipei City Hospital October 1, 2010 in preparation for the start of the flu season. REUTERS/Nicky Loh

L-Organizazzjoni Dinija tas-Saħħa (WHO) ħabbret li tinsab b’seba’ għajnejn minħabba l-possibbilta kbira li fiċ-Ċina feġġ virus ġdid.

Dan wara li kien hemm ammont kbir ta’ nies fil-belt ta’ Wuhan li mardu b’infezzjoni fis-sistema tan-nifs u l-kawża ma tistgħax tiġi identifikata. Il-WHO qalet li kull tip ta’ virus li jikkawża sintomi simili għal dawk li feġġew f’Wuhan ġew eliminati wara testijiet li saru.

Sal bidu tal-ġimgħa kien hemm kważi 60 persuna rikoverati f’Wuhan li minnhom seba’ jinsab f’kundizjoni kritika.

Il-WHO qalet li s’issa m’hemmx lok ta’ alarm u m’hi se timpani l-ebda restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar għalkemm wissiet lil vjaġġaturi li jkunu marru Wuhan li jekk jfeġġu sintomi simili għall influwenza jikkonsulta immedjatament mal-awtoritajiet mediċi.