Tħassib għan-nies li ma evakwawx miż-żoni maħkuma min-nirien fl-Awstralja

FILE PHOTO: Firefighters work at the scene of a bushfires in Bilpin, New South Wales, Australia in this still image from a social media video December 15, 2019. Andrew Mitchell/Cottage Point Rural Fire Brigade via REUTERS

Hemm tħassib fl-Awstralja wara li eluf kbar ta’ nies injoraw twissija biex jevawkaw miż-żona ta’ East Gippsland fl-Istat ta’ Victoria hekk kif medded kbar ta’ art qed ikomplu jinqerdu minn nirien kbar.

Fi tmiem il-ġimgħa, l-awtoritajiet Awstraljani wissew in-nies f’din iż-żona popolari mat-turisti biex jevakwaw imma ftit li xejn kien hemm min ta’ każ din it-twissija.

Issa l-awtoritajiet qed iwissu in-nies biex ifittxu postijiet ta’ kenn min-nirien hekk kif diversi toroq ewlenin li jagħtu minn u lejn il-belt jinsabu qrib li jinħakmu min-nirien u minn ħin għall-ieħor jistgħu jingħalqu.

B’kollox hemm madwar 50 nar jaqbdu f’dan l-Istat Awstraljan fost temperaturi sħan ħafna li f’dawn il-ġranet mistennija jaħkmu wkoll l-Istat ta’ New South Wales li wkoll diġa ntlaqat minn nirien kbar.