Tħassib fil-Portugall minħabba r-rata ta’ mwiet fi djar tal-anzjani

FILE PHOTO: REUTERS/Rafael Marchante/File Photo

Read in English.

L-imxija tal-pandemija tal-coronavirus fil-Portugall qed tkun ikkaraterrizzata minn għadd ta’ każijiet li qed jiżviluppaw fid-djar tal-anzjani.

Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm 100 każ ġdid f’residenza waħda li wassal għal tħassib.

Dan it-tħassib ġej mill-fatt li għandek wieħed minn kull tmien każi mill-500 każ ta’ mewt li ġej minn djar tal-kura li jvarjaw minn djar tal-anzjani għal djar għal persuni b’diżabilita’.

F’każ partikolari, fil-belt ta’  Vila de Conde, 83 resident u 17-il carer f’dar għal persuni b’diżabilita’ mentali u fiżika ġew kkonfermati li kellhom il-Covid-19. Is-Sibt, kien 19-il każ f’ dar tal-anjzani fil-belt ta’ Aveiro.

L-awtoritajiet tas-saħħa emfssizzaw li r-rata baxxa ta’ każijiet fil-pajjiż, meta kkumparata ma’ dak li qed jiġri fi Spanja, m’għandiex twassal biex ikun hemm xi tip ta’ rilassament tal-ħtieġa ta’ allert u tneħħija tar-restrizzjonijiet. Fil-fatt il-President tal-pajjiż, fi tmiem il-ġimgħa, qal li mhux jeskludi li jkun hemm estensjoni tal-lockdown sal-1 ta’ Mejju.