Tħassib dwar tfal ta’ 11-il sena li jabbużaw mix-Xanax

Tfal ta’ madwar 11-il sena fir-Renju Unit qed jingħataw il-kura wara li abbużaw mix-Xanax, pilloli kontra l-ansjetà u attakki ta’ paniku.
Skont il-BBC, hemm ukoll tfal ta’ 13-il sena li qed ibigħu din il-kalmanta fil-bini tal-iskola.
L-aġenzija tal-aħbarijiet rat numru ta’ ittri li ntbagħtu minn kapijiet tal-iskejjel lill-ġenituri, dwar tħassib fuq l-abbuż li kulma jmur qed ikompli jiżdied.
Wieħed mill-għalliema qal li qed jibża’ li l-istudenti kienu qed jemmnu li x-Xanax hi aktar sigura minn drogi illegali.