Tħassib dwar mard u mwiet; L-Irlanda tirreġistra l-ikbar numru ta’ każijiet ta’ Covid-19

via Wikimedia Commons

In-numru ta’ persuni li għandhom il-COVID-19 fl-Irlanda issa huwa ogħla milli kien matul l-ewwel mewġa f’April u Mejju hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż irrappurtaw rekord ta’ 6,110 każijiet nhar it-Tnejn, qal uffiċjal għoli tas-saħħa.

Ir-rata ta’ każi għal kull 100,000 persuna, li titkejjel tul perjodu ta’ 14-il jum, żdiedet kważi ħames darbiet għal 583 fl-aħħar ġimagħtejn madanakollu iċ-ċifra vera, minħabba xogħol pendenti ta’ testijiet, hija 700-800. F’April ir-rata kienet ta’ madwar 600 għal kull 100,000.

L-Uffiċjal Mediku Ewlieni Tony Holohan  qal li “Qatt ma’ konna mħassba fl-ebda punt tal-pandemija kollha bħalma aħna bħalissa. Dan il-livell ta’ infezzjoni se jwassal biex ikun hemm wisq nies fl-isptarijiet u wisq imwiet.”