Tħassib dwar il-Maltin fir-Renju Unit wara Brexit

File Photo

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li jinsab inkwetat li eluf ta’ Maltin li jgħixu l-Ingilterra se jitilfu bosta mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini Ewropej, wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea hekk kif iseħħ Brexit.

Meta kien qed jirrispondi mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis, Bartolo stqarr li ftit kienu dawk il-Maltin li ilhom jgħixu r-Renju Unit tal-inqas ħames snin u li rrispondew għas-sejħiet li saru mill-Kummissjoni Għolja fl-Ingilterra.

Huwa qal li fil-jiem li ġejjin, il-Kummissjoni Għolja f’Londra se tniedi programm ieħor ta’ outreach biex tħajjar iktar Maltin fl-Ingilterra jirreġistraw magħha.

Hu stmat li fir-Renju Unit hemm madwar 30,000 Malti tal-ewwel ġenerazzjoni.