Tħassib dwar 100 trakk dieħel l-Ukraina

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel mistennija tasal l-Ukraina wara li d-deċiżjoni tar-Russja li tibgħat għajnuna mhux awtorizzata.
Aktar minn 100 trakk mir-Russja bdew deħlin fl-Ukraina mingħajr il-permess tal-Gvern.
Uffiċjali tal-punent urew it-tħassib tagħhom li l-konvoj huwa parti minn intervent militari, iżda uffiċjali qalu li t-trakkijiet għandhom biss generators, ikel u ilma.
It-trakkijiet tas-Soċjetà Tas-Salib l-Aħmar ilhom ġimgħa biex jaqsmu l-fruntiera.
Fl-aħħar erba’ xhur il-ġlied fir-reġjun ħalla aktar minn 2,000 persuna mejta u 330,000 oħra spiċċaw bla dar.