Tħassar il-programmi kollha wara tgħajjir fuq Twitter

Il-kumpanija televiżiva Amerikana ABC ħassret il-programmi kollha ta’ Roseanne Barr wara li fi tweet għajret “xadina” lil Valerie Jarrett li kienet taħdem bħala konsulent mat-tim ta’ l-Eks President Amerikan Barack Obama.
Hija sostniet li kienet qed tiċċajta iżda wara ħassret it-tweet u għamlet apoloġija lil Jarrett u lill-Amerikani kollha.
“Ninsab verament iddispjaċuta ta’ din iċ-ċajta kerha dwar il-politika u l-apparenza tagħha,” sostniet Barr fi tweet. “Missni kont naf aħjar. Aħfruli – iċ-ċajta tiegħi kienet bla gost”. Barr qalet li mhux se tibqa’ fuq Twitter.
Min-naħa tagħha Jarrett qalet lill-MSNBC li “rridu nibdlu dan l-episodju f’tagħlima”.
Fil-midja soċjali bosta kkritikaw kemm lil Barr kif ukoll lill-ABC, b’uħud jitolbu spjegazzjoni minn dan in-netwerk tax-xandir.