Tħallux lil uliedkom jilagħbu l-Momo!

logħba Momo Whatsapp

Żewġ adolexxenti mill-Kolombja neħħew ħajjithom b’idejhom wara li waqgħu għall-isfidi li qed jinfirxu fuq WhatsApp.

Il-ġenituri qed jiġu mwissija dwar logħba popolari, magħrufa bħala l-logħba ‘Momo’ li rriżultat fis-suwiċidju ta’ żewġ adolexxenti, tifla ta’ 12-il sena u ġuvni ta’ 16-il sena wara li kellhom sfida biex jikkomunikaw ma’ numru anonimu fuq Whatsapp.

Il-“logħba” tinvolvi numru tat-telefown bl-isem tal-kuntatt ta’ “Momo”, immaġni ta’ mara b’karatteristiċi gotiċi meħuda mix-xogħol tal-artist Ġappuniż Midori Hayashi li bl-ebda mod mhu assoċjat mal-logħba.

In-numru tat-telefown jibgħat sensiela ta’ ritratti u filmati ta’ vjolenza, sfidi, u jispiċċa b’theddida li l-parteċipant jiġi misħut għal għomru sħiħ jekk ma jagħmilx suwiċidju.

Il-logħba “Momo” hija simili ħafna għal The Blue Whale Challenge li rriżultat f’130 mewt ta’ adolexxenti fir-Russja. L-isfida kienet tinvolvi ukoll l-għoti ta’ sfidi lill-parteċipanti tal-logħba li jinvolvu self-harm u li jgħixu f’sitwazzjonijiet estremi.