“Tħallux lil min jorbtilkom idejkom milli tkunu ambizzjużi” – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat appella liż-żgħażagħ sabiex ma jħallu lil ħadd min jorbtilhom idejhom milli jkunu ambizzjużi.
Waqt li kien qed jindirizza l-laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Joseph Muscat qal li l-FŻL dejjem kien il-prekursur tal-Partit Laburista, fejn il-Forum joħroġ bl-ideat li wara jsiru l-ideat tal-Partit u eventwalment jinġarru mill-pajjiż.
Joseph Muscat fakkar kif il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista kienet dejjem toħroġ b’għadd ta’ proposti. Semma kif pereżempju fl-1997, il-Forum Żgħażagħ Laburisti kienu għamlu tentattiv biex id-divorzju jittella’ fuq l-aġenda Nazzjonali.
Il-Mexxej tal-Partit Laburista qal li wara d-divorzju, eżekuttivi oħra tal-FŻL imbuttaw aktar drittijiet li daħlu, bħaż-żwieġ indaqs u issues oħra bħall-marijuana rikreazzjonali.
Fl-aħħarnett Dr Muscat stqarr li l-Forum Żgħażagħ Laburisti jridu jkunu l-avukati ta’ bidliet, bħal dak tal-ħtieġa ta’ aktar nisa fil-politika anke permezz tal-proġett LEAD.
L-FŻL se jkun magħmul minn:
President: Naomi Cachia
Viċi-President: Kearon Bruno
Segretarju Ġenerali: Georvin Bugeja
Deputat Segretarju Ġenerali: Kyle Schembri
Uffiċjal Finanzi: Wayne Dimech
Uffiċjal għar-Riżorsi Umani: Matthew Chetcuti
Uffiċjal Politiku: Brendan Zerafa
Uffiċjal Internazzjonali: Sarah Haider
Uffiċjal Informazzjoni: Jake Seracino
Uffiċjal Organizzattiv: Ayrton Bonnici
Membri Uffiċjali : Christian Cauchi, Maria Ellul, Adrian Farrugia, Bernice Farrugia u Marija Sara Vella