Tħallix lit-tfal jużawh: ħsara lis-sistema riproduttiva

Il-prodott Barrel-O-Slime ġie rtirat mis-suq lokali wara li nstab li jista’ jikkawża ħsara lis-sistema riproduttiva tat-tfal.

Dan ħareġ fi stqarrija mill-Awtorità ta’ Malta għall-Affarijiet tal-Konsumatur wara li nstab li l-prodott fih ammont kbir ta’ boron. Meta t-tfal ikollhom inġestjoni jew kuntatt dirett ma’ kwantità eċċessiva ta’ boron jista’ jkun hemm problemi serji għas-sistema riproduttiva tagħhom.

Għaldaqstant, il-prodott ma jikkonformax mal-kodiċi rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Ġugarelli u l-istandard Ewropew rilevanti.

Kull min xtara dan il-prodott qed jintalab jirritornah fil-ħwienet minn fejn xtrawhom. Min-naħa l-oħra, l-operaturi ekonomiċi huma ordnati li jieqfu milli jmexxu dan il-prodott fis-suq lokali.

Għal mistoqsijiet u tagħrif ieħor rigward dan is-slime jew xi prodotti oħrajn li mhumiex tal-ikel misjuba fuq is-suq Malti, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq 23952000, info@mccaa.org.m tjew billi jżur www.mccaa.org.mt.