Tħallix affarijiet barra matul il-lejl

Diana Caruana

Minkejja li matul il-ġurnata tal-Ħadd it-temp kien pjuttost bnazzi, matul il-lejl hemm il-possibilità ta’ ħalba xita. Għlahekk jekk s’issa ħallejt xi affarijiet fil-bitħa, fil-gallarija jew fuq il-bejt tajjeb li ddaħħluhom ġewwa.

It-tnejn ir-riħ se jdur mil-Lbiċ għall-Majjistral minn forza sitta għall-forza ħamsa. Matul il-ġurnata t-temp se jkun imsaħħab u jibnazza matul il-lejl. Viżibilità se tkun tajba ħlief f’xi ħalbiet tax-xita. Matul il-lejl ir-riħ se jdur għall-Punent Majjistru.

It-Tlieta t-temp mistenni li jkun sabiħ b’viżibilità. Ir-riħ se jkun mill-Lbiċ forza erbgħa li jsir forza ħamsa u aktar tard idur min-Nofsinhar il-Lbiċ għall-forza erbgħa.