‘Tħallihomx jidħlu jaqraw il-meters jekk ma jkunux libsin hekk’

Read in English.

Jekk il-persuna li ħabbtitlek il-bieb tad-dar biex taqra l-meters tad-dawl u l-ilma tħallihiex tidħol tagħmel dan jekk ma tkunx liebsa l-uniformi tal-ARMS Ltd.

Fi stqarrija, l-ARMS ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku li l-ħaddiema li jżuru d-djar tal-konsumaturi kollha jkunu libsin uniformi. Din l-uniformi tikkonsisti f’polo shirt blue bil-logo tal-ARMS, sidrija safra bil-logo tal-ARMS u bil-kliem ‘meter reader’ miktub fuqha.

Il-ħaddiema kollha jkollhom ukoll tag li biha jkunu jistgħu jidentifikaw lilhom infushom. Fuqha jkun hemm ukoll ritratt tal-persuna.

L-ARMS qalet li ħasset il-bżonn li tispjega dan wara xi lmenti li rċeviet minn konsumaturi.