Tħalli siġġu għal binha mejjet waqt it-tieġ… u min jitfaċċa?

Storja li qed iddur fuq il-midja soċjali titratta omm Amerikana li tilfet lil binha fl-età ta’ 19-il sena, u sentejn wara żżewġet lir-raġel tal-ħolm tagħha.
Waqt li Becky u Kelly, dak li eventwalment sar żewġha, ippjanaw għal din il-ġurnata speċjali, xorta baqgħet tħoss in-nuqqas kbir ta’ binha Triston.
Fiċ-ċerimonja, ħejjietlu wkoll siġġu – b’messaġġ fuqu li żgur iqabbiżlek demgħa.
Madanakollu ma kinitx taf, li Kelly kien qed jaħseb fuq binha wkoll u preparalha sorpriża speċjali.
Qabel ma bdiet iċ-ċerimonja, Kelly qalilha li hemm xi ħadd li jrid jiltaqa’ magħha: żagħżugħ ta’ 21 sena li jismu Jacob. F’dak il-mument, Becky infexxet f’bikja twila – kienet taf min hu u għaliex kien hemm.
Meta miet, kienet irranġat biex l-organi ta’ binha jingħataw lil dawk fil-bżonn. Bis-saħħa ta’ dan il-ġest, gawdew ħames persuni.
Jacob kien dak li rċieva l-qalb ta’ binha Triston, u Kelly organizza kollox, biex ikun preżenti fiċ-ċerimonja taż-żwieġ tagħhom.  B’hekk parti essenzjali ta’ Triston tkun preżenti meta jitilgħu fuq l-artal.
Becky ma setgħetx taħbi l-eċitament u bdiet twerżaq u taqbeż bħal tifla.