“Tħalli ‘l ħadd ibuslek it-tarbija” – omm

Omm Amerikana qed tappella biex min għandu t-trabi, ma jħalli lil ħadd ibushom. Dan wara li bintha ta’ ftit jiem tilfet ħajjitha, wara li ngħatat bewsa minn xi ħadd li kellu l-virus tal-herpes.
Mariana Sifrit kienet tarbija b’saħħitha meta twieldet fl-1 ta’ Lulju. Ġimgħa wara, sagħtejn wara t-tieġ tal-ġenituri tagħha, ittieħdet l-isptar. Instab li kellha l-virus tal-meningite HSV-1, ikkawżat mill-virus tal-herpes.
Saru t-testijiet u rriżulta li l-omm u l-missier ma kellhomx il-virus u allura żgur ħaditu minn xi ħadd ieħor li biesha.
Din it-tip ta’ meninġite tiġi trasmessa b’kuntatt sesswali jew minn omm infettata lit-tarbija fil-ġuf.
“Irridu nsalvaw ħafna ħajjiet ta’ trabi tat-twelid”
Fi 48 siegħa, t-tarbija sarulha sitt trażfużjonijiet tad-demm, iżda l-kliewi ċedew u l-frixa waqfet taħdem. It-tifla mietet it-Tlieta filgħodu.
Dan ix-xahar kellu jkun wieħed ta’ ċelebrazzjonijiet għall-kopja Shane u Nicole Sifrit, l-ewwel bit-twelid tal-ewwel tarbija tagħhom u wara iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ.
L-omm kitbet fuq Facebook: “Nittamaw li bl-istorja ta’ Mariana, insalvaw ħafna ħajjiet ta’ trabi tat-twelid.”