Tħallas €919 għal doughnut?

Raġel fl-Istat ta’ Ohio fl-Istati Uniti xtara doughnut waħda u ħallas għaliha €919 ($1,000). Sidt il-ħanut minn fejn għamel ix-xirja eċċezzjonali tiegħu qalet li r-raġel għamel hekk biex jgħinhom għaliex il-bejgħ tagħhom f’dawn il-jiem tal-coronavirus naqas ħafna u bilkemm kienu qed ikampaw.

Il-ħanut The Original Goodie Shop qasam din l-esperjenza sabiħa fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu fejn faħħar lil dan il-klijent li ilu jmur regolarment għandhom għal aktar minn 40 sena.

Emilie Smith, is-sid, uriet lir-raġel iżomm borża b’qalb fuqha fid-doughnut li kien għadu kif xtara. Hija qalet li meta mar jixtri d-doughnut ir-raġel staqsieha jekk setax iħallas $1,000 għaliha. Il-mara, mistgħaġba, qaltlu li setà. Meta ħallas għaliha l-mara qabżilha d-dmugħ għax għarfet li dak li għamel ir-raġel kienet mossa ta’ għajnuna għalihom.

Ir-raġel kien ilu ma jmur fil-ħanut biex jixtri xi pizza jew pasta għax qal li kien qed jeħxien.

Minn mindu xterdet l-aħbar dwar dan ir-raġel il-bejgħ f’daqqa waħda żdied fil-ħanut u bilkemm qed ilaħħqu mat-talbiet li jsiru bit-telefon. U hemm min li anki qed iħalli tip ta’ $100 biex ikompli jgħinhom.