Thake jitfa’ n-nomina biex jieħu post Busuttil

Read in English.

L-eks preżentatur tar-radju David Thake issottometta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali biex jimla s-siġġu vakat mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

In-nomina daħlet illum, flimkien ma’ dik ta’ Sam Abela li wkoll qed jittama li jieħu s-siġġu li kien jokkupa Busuttil.

Thake li serva bħala viċi sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, kien irreżenja mill-pożizzjoni wara li qal li l-partit ma kienx għadu jirrapreżentah. Dan minħabba l-opinjoni tiegħu fuq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kurrenti, Adrian Delia.

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret ukoll li Charles Selvaggi u Graziella Attard Previ ssottemettew in-nomini tagħhom biex jieħdu s-siġġu vakat minn Marthese Portelli fuq id-disgħa distrett.

Il-perjodu għan-nomini mistenni jagħlaq nhar is-Sibt. L-elezzjoni każwali għandha ssir nhar it-Tlieta.