​Thabbru d-dettalji tar-Regatta Jum il-Ħelsien 2014

Tħabbru d-dettalji tar-Regatta Jum il-Ħelsien 2014 li se ssir nhar it-Tnejn li ġej.
Is-Sur Teddie Borg, Chairman tal-Kumitat tar-regatta qal li din se tkun festa ta' spettaklu kbir b'madwar 200 qaddief, 70 dgħajsa li flimkien jirappreżentaw seba' lokalitajiet differenti.
L-Onorevoli Luciano Busuttil, Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport saħaq li l-KMS huwa kommess li jagħti sapport lill-isport kollu speċjalment dak l-isport li għandu rabta mat-tradizzjoni Maltija bħar-Regatta.
Is-Segretarju Parlamentari Għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Dr Stefan Buontempo ħabbar li għaddejjin taħdidiet flimkien mal-Assoċazzjoni tar-Regatta, sabiex titwaqqaf akkademja li tgħallem liż-żgħażagħ dwar ir-Regatta u l-bini ta' opri tal-baħar.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Barrakka ta' Fuq il-Belt Valletta.
Is-Segretarjat jagħraf l-importanza li r-Regatta tibqa' ħajja fost il-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni, u għalhekk akkademja li tħarreġ liż-żgħażagħ għandha żżomm din it-tradizzjoni intatta.