Tħabbret il-mewt ta’ Ralph Asciak

Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Marsa Sports Club Ralph Asciak, fl-età ta’ 56 sena.
Asciak kien iċ-Chairman attwali; liema kariga kien ilu jokkupa għal 11-il sena.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba ta’ Asciak u lill-membri kollha tal-klabb, b’mod speċjali lill-kumitat.
Il-Partit Nazzjonalista sellem ukoll il-memorja ta’ Asciak u bagħat il-kondoljanzi lill-membri tal-familja tiegħu.
Ritratt: MEDE_PS