Tħabbret il-mewt ta’ Franco Zeffirelli; kellu 96 sena

Franco Zeffirelli: 1923 - 2019

Read in English.

Tħabbret il-mewt tad-direttur ċelebri Franco Zeffirelli. Hu kellu 96 sena. Hu mifhum li hu kien marid f’dan l-aħħar żmien u l-aħbar tal-mewt tiegħu ngħatat minn ibnu stess.

Fost il-ħafna xogħlijiet tiegħu niftakru Romeo and Juliet tal-1968, kif ukoll The Taming of The Shrew, it-tnejn li huma b’Elizabeth Taylor u Richard Burton fil-partijiet prinċipali.

Kien ħadem ukoll fuq Brother Sun, Sister Moon (1972), Jesus of Nazareth (1977) u The Champ (1979).

Id-data u l-post tal-funeral għadhom mhux magħrufa iżda tħabbar li se jindifen fiċ-ċimiterju f’Porte Sante ta’ Firenze, il-post fejn huwa kien twieled nhar it-12 ta’ Frar 1923.