Tħabbatx bieb b’ieħor jekk mill-Mellieħa

Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali qed tavża lir-residenti ta’ Triq Monsinjur Indri Fenech, fil-Mellieħa, li l-bibien f’din it-triq ingħataw uffiċjalment numri ġodda.
L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta’ Jannar, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mill-5 ta’ Jannar, 2018.