Tħabbar fond apposta għal eksħaddiema li ilhom jistennew il-flus

Mil-lum, persuna li tħossha sofriet xi inġustizzja fuq il-post tax-xogħol tagħha fil-passat, tista’ tapplika għal ħlas monetarju minn fond ta’ €8 miljun imwaqqaf apposta għal dan il-għan.
Dawk il-persuni eliġibbli huma dawn li ġejjin:

  • ħaddiema tal-korpi li kienu qed jagħtu servizz lid-dipartimenti tal-Gvern qabel l-1979, iżda li kienu bdew jagħmlu parti mis-servizz pubbliku wara Jannar tal-1979
  • eksħaddiema tax-xatt li kellhom liċenzja biex jaħdmu bejn l-4 t’April 1973 u l-1 ta’ Ġunju 2007, uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija fir-ranks ta’ kuntistabbli, surġent jew surġent maġġur li ma tħallsux għall-overtime li għamlu bejn l-1 ta’ Jannar 1993 u l-31 ta’ Diċembru 2009
  • eksħaddiema tal-Malta Electricity Board
  • possibilment ħaddiema oħra

L-iskema hija miftuħa wkoll għall-werrieta ta’ persuni eliġibbli li mietu, u l-pagamenti ma tapplikalhomx taxxa.
L-iskemi sabiex il-persuni eliġibbli jingħataw il-flus lura se jkunu qed jaħdmu b’mod li jixbah ħafna lill-iskema ta’ Transport Malta tal-VAT fuq il-karozzi.
L-applikazzjonijiet għall-iskemi se jkunu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern u se jibqgħu miftuħin għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat. Kull applikazzjoni se tkun eżaminata bir-reqqa mill-Ministeri kkonċernati.
Il-fond tħabbar mill-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, u l-Ministru tal-Finanziu,Edward Scicluna.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott