Tgħum bejn l-Ingilterra u Franza għal erba’ darbiet bla waqfien

Credit: Facebook/Sarah Thomas

Mara li s-sena l-oħra rebħet il-ġlieda kontra l-kanċer saret l-ewwel persuna li qatt għamet il-fliegu bejn l-Ingilterra u Franza erbgħa darbiet bla waqfien.

Sarah Thomas, li għandha 37 sena, bdiet din l-isfida l-Ħadd filgħodu. Hija għamet għal 54 siegħa, u kopriet distanza totali ta’ qrib il-130 mil.

L-għawwiema, li temmet it-trattament għall-kanċer tas-sider sena ilu, iddedikat l-għawma tagħha għal dawk in-nies kollha li rebħu l-battalja kontra l-marda.

Fuq Twitter, l-għawwiem magħruf Lewis Pugh iddeskriva lil Thomas bħala persuna “straordinarja u tal-għaġeb”.