​Tgħid se jtellagħha missierha fuq l-artal?

Għadu mhux ċar jekk hux se jkun missier Meghan Markle li se jtellagħha fuq l-artal is-Sibt li ġej meta tiżżewweġ lil Prinċep Harry.
Dan ħareġ wara kummenti li ta missierha fejn allegatament qal li mhux se jattendi għat-tieġ ta’ bintu. 
Oħt Meghan Markle qalet li qed tittama li missierhom iħossu aħjar biex ikun jista’ jattendi. 
Huwa ġie rrappurtat li qal ma kienx se jattendi għax ma riedx jikkawża mistħija lil bintu fiċ-ċerimonja tat-tieġ. 
Il-missier Thomas Markle, għandu 73 sena u sofra attakk tal-qalb minħabba l-istress.