Tgħid Ronaldo se jingħaqad mal-Bianconeri?

Skont il-gazzetta Spanjola Marca, Cristiano Ronaldo mistenni li jingħaqad ma’ Juventus grazzi għal ftehim fejn il-Portugiż jista’ jaqla’ £106 miljun matul erba’ staġuni.

L-attakkant ta’ 33 sena qed jitlob kuntratt ġdid sabiex isir l-iktar plejer imħallas fid-dinja iżda l-President ta’ Real Madrid Florentino Perez mhux lest li jilqa’ t-talba tal-plejer.

Juventus ser ikollhom iħallsu madwar £88 miljun sabiex jiksbu lil wieħed mill-aqwa plejers ta’ dawn l-aħħar għaxar snin. Ronaldo lagħab kontra Juventus f’żewġ okkażjonijiet matul l-edizzjoni taċ-Champions League li għaddiet u skurja gowl akrobatiku tassew spettakolari fil-Juventus Stadium.

Miġjub lilek minn Hublot