Tgħid min se jirbaħ dan il-kwiżż?

Unsplash

Ara ftit inti u l-bqija tal-familja x’tafu dwar San Pietru u San Pawl. Jekk trid fil-familja inqasmu f’żewġ gruppi żgħar u araw min jirbaħ?

  • X’kien jismu Pietru qabel Ġesù tah dan l-isem? Xi jfisser l-isem Pietru?
  • X’kien xogħlu meta sejjaħlu Ġesù? Minn fejn kien?
  • X’kien jismu ħu Pietru, li introduċieh ma’ Ġesù?
  • Ġesù fejjaq persuna tiġi minn Pietru. Kif kienet tiġi minnu u biex mardet?
  • Ġesù darba staqsa lill-appostli min kienu qed jgħidu li hu. X’wieġeb Pietru?
  • Għaliex Pietru beda jegħreq ftit wara li Ġesù sejjaħlu biex jimxi lejh fuq il-baħar?
  • Liema kienu dawk it-tliet mumenti li Ġesù ried miegħu biss tliet appostli, fosthom Pietru?
  • X’kien jismu l-qaddej tal-qassis il-kbir li Pietru qatagħlu widintu fil-Ġestsemani?
  • Min mar jgħid lil Pietru u lill-appostli l-oħra li Ġesù kien qam mill-mewt?
  • X’wieġeb Pietru meta Ġesù Rxoxt staqsieh tliet darbiet “Tħobbni?”?
  • Dakinhar li niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli, kemm tgħammdu nies wara l-prietka ta’ Pietru?
  • Skont it-tradizzjoni kif u fejn miet Pietru?
  • F’liema belt kien sejjer San Pawl meta seħħet il-konverżjoni tiegħu x’kien sejjer jagħmel hemm?
  • Meta niċċelebraw il-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl?
  • Minn liema belt kien San Pawl?
  • X’kien jismu Pawlu qabel bidel ismu?
  • X’kienet is-sengħa tiegħu?
  • X’kien jismu l-Prinċep tal-gżira meta Pawlu wasal Malta?
  • Kemm dam Malta San Pawl?
  • Skont it-tradizzjoni kif u fejn miet San Pawl?


Tweġibiet: (1) Xmun, blata (2) Sajjied; il-familja kienet minn Betsajda imma fi żmien Ġesù kien joqgħod Kafarnahum (3) Indrì (4) Omm il-mara; kellha deni qawwi (5) “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” (6) Beda jiddubita (7) Meta qajjem mill-mewt lil bint Ġajru; fit-Trasfigurazzjoni; fil-Ġetsemani (8) Malku (9) Marija ta’ Magdala (10) “Mulej, int taf kollox, inti taf li nħobbok.” (11) Tlett elef (12) Sallbuh f’Ruma. (13) Damasku; biex jaqbad lill-Insara (14) 25 ta’ Jannar (15) Tarsu, fit-Turkija (16) Sawl (17) Jagħmel it-tined (18) Publju (19) Tliet xhur (20) Qatgħulu rasu f’Ruma.

Tista’ tara l-verżjoni sħiħa ta’ FLIMKIEN billi tagħfas hawn. 

Flimkien Cover Gunju