Tgħid min hu min f’tieġ fiċ-Ċina?

Meta faqqgħet il-marda tal-coronavirus, jew inkella l-isem uffiċjali tagħha COVID-19, qatt ma nħaseb li se taffettwa daqstant lid-dinja. Għall-ewwel bdew iqattru n-numri ta’ dawk affettwati ftit ftit. Dawn in-numri malajr saru eluf u mbagħad, sal-20 ta’ Frar, il-każi waslu sa 76,243 u l-imwiet 2,009.

Il-maġġoranza l-kbira tal-każ u l-imwiet huma fiċ-Ċina. F’Singapor kien hemm 81 każ, filwaqt li l-Ġappun irrapporta 73 każ u mewt waħda. Fl-Istati Uniti, hemm 15-il każ. Iżda hemm aktar pajjiżi li ntlaqtu mill-COVID-19, anki pajjiżi fl-Ewropa iżda mhux f’Malta.

F’dan il-ġenn kollu li kkaġunat il-marda ntlaqtu s-setturi tal-industrja, dak postali u tal-avjazzjoni fejn linji tal-ajruplani ħassru t-titjiriet kollha lejn iċ-Ċina. Iżda waqt dan baqgħu jsiru t-tiġijiet bħalma hemm ritratt ta’ wieħed minnhom ma’ dan l-artiklu.

Fi żwieġ minnhom, l-għarus, l-għarusa u l-qraba u l-ħbieb kollha tagħhom ħadu ritratt formali tal-okkażjoni. Imma min hu min? Min jaf jgħaddu ftit tas-snin oħra u jkun hemm min irid jara lil xi ħadd. Tgħid kif se jagħrfu?