Tgħid lil Mike Tyson nerġgħu narawh lura fil-boxing?

Ritratt: Eduardo Merille

Mike Tyson qed jitħarreġ biex jerġa’ jidħol fid-dinja tal-boxing bil-ħsieb li jikkompeti  f’erba’ ġlidiet biex jgħin finanzjarjament lil xi karitajiet. Iron Mike, kif inhu mlaqqam, kellu l-aħħar ġlieda f’Ġunju 2005 fejn twaqqaf minn Kevin McBride f’dik li kellha tkun l-aħħar ġlieda fil-karriera professjonali tiegħu.

Ir-raġel ta’ 53 sena jgħid li jinsab fl-aħjar forma fiżika ta’ ħajtu. L-Agħar Bdiedem fuq il-Pjaneta kien inkurunat l-iżgħar Champion tad-Dinja meta kellu 20 sena fejn fil-karriera brillanti tiegħu ta’ 20 sena rebaħ 44 ġlieda mill-50 waħda li kellu. L-eks trainer tiegħu saħansitra ddikjara li Iron Mike għadnu l-ħila jirbaħ lill-Amerikan Deontay Wilder f’anqas minn minuta jekk jitħarreġ għal sitt ġimgħat.

Hu magħruf li Tyson ilu għaddew jitħarreġ għal dawn l-aħħar ġimgħat qabel ma jerġa’ jintefa’ għall-boxing.

Meta tkellem fuq Instagram huwa qal: “Jien ilni li qbadt l-ingwanti tal-boxing mill-ġdid. Għall-ewwel ħassejtni iebes u ma kontx inħossni tajjeb waqt it-taħriġ.  Iżda qed naħdem biex nirritorna fir-ring u nagħti wirjiet mill-aqwa.”