Tgħid in-nannu għadu ħaj?

Is-sensiela Il-Misteru tan-Nannu Ton tkompli dalgħodu fl-10.15am fuq TVM. Ill-um se jintwerew il-ħames u  s-sitt episodju wara xulxin.

Fl-ewwel wieħed naraw kif wara l-battikata li Mark u Sharon għaddew minnha biex jaslu għand ommhom fil-ħin minħabba li ma kienetx taf fejn kienu, it-tfal isibu li hemm avventura oħra tistennihom; dik tan-nannu tagħhom. Imma tgħid veru li nannuhom għadu ħaj? Xewka lil min taqbad bħala priġunier?

Fit-tieni episodju li se jixxandar illum Mark u Sharon issa moħħhom fin-nannu u kif se jerġghu iġibuh lura fid-dinja tagħna. Imma kif se jerġghu imorru fid-dinja ta’ Agii mingħajr dan l-inkwiet kollu? Anzi did-darba, grazzi għal Nusu,  jkunu wkoll xortihom tajba li jerġghu jaslu lura fid-dinja tagħna u fil-kamra tagħhom qabel tinduna ommhom.

Imma kemm se jdumu sejrin hekk? U waqt dan kollu n-nannu xorta għadu priġunier fid-dinja fantastika ta’ Agii. Mhux biss! Imma issa hemm problemi ġodda għand in-nanna…

Jiehdu sehem: Jurgen Ciantar, Carly Zarb, Raoul Briffa, Dylan Hili, Amarea Camilleri, Rebecca Ferrante, Louise Cassar u Mike Mifsud fost oħrajn.

Il-kitba hi ta’ Dominic Said, produzzjoni ta’ Hermann Bonaci u direzzjoni ta’ Frida Cauchi.