Tgħid fuq xiex joħolmu l-klieb meta jkunu reqdin?

Il-klieb joqordu aktar mill-bnedmin iżda minn riċerka li saret dan l-aħħar, jirriżulta li hemm ħafna similarjitajiet bejn dak li joħolmu l-bnedmin u l-klieb!
“Iva, il-klieb joħolmu,” sostna Stanley Coren, professur emeritus fl-Università tal-British Columbia. Huwa wkoll l-awtur tal-kltieb “Do Dogs Dream? Nearly Everything Your Dog Wants You to Know”.
Skont dan l-istudju, il-klieb iqattgħu 44% tal-ġurnata tagħhom konxji u alerti għal dak li qed jiġri madwarhom, 21% tal-ġurnata jkunu bi ngħas, 12% tal-ġurnata reqdin u 23% reqdin f’raqda fonda.
Lura fl-2001, Matthew Wilson, xjentist fil-Massachusetts Institute of Technology, u l-kollegi tiegħu kienu l-ewwel li skoprew li l-firien joħolmu, jew għallinqas li l-moħħ tagħhom jiffunzjona bl-istess mod li jiffunzjona moħħ il-bnedmin u dan jirriżulta minn newroni li ġew rikordjati waqt l-istudju li kienu qed jagħmlu.
Mill-istudju fuq il-firien, għaddew għal studju fuq dak li x’aktarx joħolmu l-klieb. Id-daqs tal-kelb jiddetermina d-daqs tal-ħolma.
Stanley Coren ikompli jgħid li l-klieb x’aktarx li joħolmu ikrah ukoll iżda l-kurżità tibqa’ fuq xiex eżatt joħolmu.
Sempliċi! Il-klieb joħolmu fuq dak li jagħtihom pjaċir, l-attivitajiet li jagħmlu mas-sidien tagħhom, jew fir-rutina normali li jkunu draw biha.