Filmat: Tegħreq dgħajsa f’Tas-Sliema; mara l-isptar

Read in English.

Mara ħelsitha ħafif wara li ġiet salvata meta għerqet id-dgħajsa li kienet fuqha f’Tas-Sliema.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ faċċatat ta’ Triq it-Torri f’Tas-Sliema għall-ħabta ta’ 12.15pm. Fuq il-post issejħu l-Forzi Armati ta’ Malta u l-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema. Jidher li fuq id-dgħajsa kien hemm għadd ta’ persuni, iżda mhux magħruf kemm eżatt ġew salvati. Ħadd aktar ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.